Wednesday, December 25, 2024

Dawk fuq il-benefiċċju tal-qgħad jonqsu b’90%

Aqra wkoll

Il-Ministru għas-Solidarjetà u Ġustizzja Soċjali, Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet ħabbar li mis-sena 2013 il-persuni li jiddependu fuq benefiċċji tal-qgħad naqsu b’90%. Minkejja l-pandemija, bħalissa f’Malta hawn l-inqas numru ta’ persuni dipendenti fuq għajnuniet soċjali. 

Fil-konferenza ġie spjegat kif sa mis-sena 2013, fejn kien hemm mal-15,000 persuna dipendenti fuq l-għajnuniet, dan in-numru naqas kull sena, biex issa n-numru issa huwa inqas minn 6,500 persuna. 

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musù spjega li fattur importanti wara dan it-tnaqqis sinifikanti kien il-pakkett ta’ inċentivi ‘Making Work Pay’ li assigura li l-Maltin ikun jaqbillhom aktar jekk jaħdmu milli jekk jkunu jiddependu fuq benefiċċji soċjali. 

Huwa tenna li minkejja dan is-suċċess, għad fadal xogħol xi jsir, u l-Gvern mhux se jieqaf jgħin lil kull min jixtieq itejjeb ħajtu. 

Ekonomija

Sport