Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Minn etá żgħira dejjem il-futbol kien parti minn ħajti, nilagħbu fit-toroq u fl- għelieqi. Ma kienx hemm nurseries dak iż-żmien, u konna nilagħbu fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ ġo Santa Venera (Lega) fejn trabbejt imbagħad mal-minors tar-raħal.
Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek bħala kowċ f’Malta ma’ diversi timijiet.
Kont fortunat li kkowċjajt f’kull livell tal-futbol Malti inkluż nazjonal, li kollha tawni esperjenzi kemm sbieħ u anke mhux daqshekk sbieħ, peró żgur li mill- promozzjonijiet li rbaħt kollha jibqgħu f’qalbi peró li rbaħt il-promozzjonijiet kemm bħala plejer u wisq aktar bħala kowċ l-ewwel promozzjoni mat-tim ta’ pajjiżi Santa Venera fil-bidu tal-karriera tiegħi ta’ kowċ.
Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala Assistant Coach ta’ Xewkija Tigers, fejn taħdem spalla ma’ spalla mal-kowċ Jesmond Zammit.
Wara li ddeċidejt jien u l-familja tiegħi li niġu ngħixu Għawdex kien il-pass naturali li nkompli l-karriera ta’ kowċ f’Għawdex.
Mal-kowċ Jesmond Zammit konna diġá ħdimna flimkien ma’ diversi klabbs f’ Malta, u kif iddeċieda li jirritorna jikkowċja f’Għawdex tkellimna u wasalt biex niffirma kuntratt mal-kumitat, immexxi mill-president Jeffrey Farrugia, bħala assistent tal-kowċ u nibda l-avventura ma’ wieħed mit-timijiet ewlenin fil-gżira Għawdxija.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa? U x’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?
Dan l-istaġun s’issa kellna logħbiet fejn it-tim wera li kapaċi jirbaħ ma’ kull tim, peró kellna logħbiet fejn ma lħaqniex dak li ħdimna għalih u fil-mument huwa diffiċli li nirbħu xi unur. Peró, baqa’ rawnd sħiħ ta’ logħob u nippruvaw minn kollox biex nitilgħu f’pożizzjoni rispettabli għat-tim tagħna.
Kif tqis il-livell tal futbol Ghawdxi fil-preżent u kemm hu differenti minn dak tal-futbol Malti?
Il-futbol Għawdxi għall-plejers disponibbli li hawn bħala Għawdxin u magħhom jista’ jkollok erba’ barranin, għax Malti jitqies barrani, hawn livell tajjeb speċjalment fil-parti għolja tal-Ewwel Diviżjoni, peró, naħseb li nifhem li tipproteġi l-plejer lokali wisq nibża’ li jistgħu jkunu f’’comfort zone’.
Żgur pożittiv li f’ċerti timijiet tara plejers żgħażagħ li qegħdin ikunu parti mill-ewwel tim tagħhom, fosthom aħna li diġá utilizzajna b’mod regolari plejers tal- minors, li rebħu l-kampjonat tagħhom, u x-xogħol li jagħmlu l-kowċis fin-nursery immexxija mill-head coach, Simoncic.
Bejn il-futbol Malti u Għawdxi, il-livell huwa simili sakemm ikun hemm l- investiment li jkollok għal-livel li tikkompeti fih u dan narawh fl-Amateur League f’ Malta u l-logħbiet tal-Meridianbet FA Trophy.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
It-training grounds tax-Xewkija huma tajbin fil-qalba tar-raħal u nużawhom kemm in-nursery kif ukoll it-tim tal-kbar.
Il-Gozo Stadium huwa ġawhra għall-futbol Għawdxi, peró, irid isir investiment fejn isir il-warm-up tat-timijiet qabel il-logħob li apparti huwa żgħir speċjalment għall- goalkeepers, bħalissa l-parti sintetika għandha bżonn tinbidel kemm jista’ jkun malajr.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Għad nerġgħu narawk tikkowċja f’Malta?
Fil-karriera ta’ kowċ jekk hux Malta jew Ghawdex qatt ma taf x’se joffri għada u li żgur nevalwa kull opportunitá meta tasal.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Żgur li l-futbol kemm fil-karriera ta’ plejer, anke fir-rwol tiegħi ta’ kummentatur tekniku u l-aktar bħala kowċ sawruni dak li jien illum li nħobb il-futbol Malti u meta nħares lura żgur għeni nkun persuna aħjar u huwa tassew ta’ sodisfazzjon li jkollok familja oħra fil-futbol.
Naħseb li kull min hu involut fil-futbol jagħmel dan għax barra li llum tagħmel karriera fih f’dak ir-rwol li jagħtik sodisfazjon u dawk li jaspiraw li jaqbdu din il- karriera jridu jkun ħafna motivati u jagħmlu dak li jemmnu fih b’dedikazzjoni.