Sunday, October 27, 2024

Deheb għall-Kanadiża Camryn Rogers fil-Hammer

Aqra wkoll

Iċ-champion tad-dinja, Camryn Rogers, rebħet il-hammer tan-nisa biex issa hija wkoll cham­pion Olimpika!

Il-Kanadiża issa qed iżżomm kemm it-titli mondjali tal-hammer kif ukoll dawk Olimpiċi, irġiel u nisa, hekk kif il-ħames tefgħa tagħha ta’ 76.97m kienet biżżejjed biex taqbeż lil-leader bikrija, Annette Echikunwoke tal-Istati Uniti!

L-aħjar tefgħa tal-Amerikana kienet ta’ 75.48m, filwaqt li Zhao Jie taċ-Ċina rebħet il-bronż fuq 74.27m.

Ir-raba’ spiċċat iċ-champion difensur tliet darbiet, il-Pollakka Anita Wlodarczyk.

Sport