Saturday, July 18, 2026
Home Sport Dejan Kulusevski jinsab kuntent ma’ Tottenham

Dejan Kulusevski jinsab kuntent ma’ Tottenham

0
746

L-attakkant ta’ Tottenham Hotspur Dejan Kulusevski qal li jinsab ferm għal qalbu jilgħab f’Londra u fisser iż-żmien meta kien ma’ Juventus bħala wieħed ferm negattiv.

“Minkejja li kont nimpenja ruħi sew ma’ Juventus, l-affarijiet ma bdewx jaħdmu kif mixtieq u ma tantx kont għal qalbi speċjalmet bl-ambjent li kien hemm.”

“Meta ġejt f’Londra, mal-ewwel għoġobni l-metodu ta’ taħriġ tagħhom apparti li coach bħal Antonio Conte jagħtik motivazzjoni kbira.”