Wednesday, October 9, 2024

“Dejjem emminna bi sħiħ f’politika Mediterranja b’saħħitha”

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Hekk kif komplew id-diskusssjonijiet bejn il-mexxejja tal-MED9, f’messaġġ li tella’ fuq il-midja soċjali l-Prim Ministru sostna li “dejjem emminna bi sħiħ f’politika Mediterranja b’saħħitha. Għal darb’oħra, illum Malta qed tħaddem dan fil-prattika.”

Wara li ntemmet l-ewwel sezzjoni ta’ laqgħat, il-mexxejja ħarġu fi pjazza Kastilja biex jieħdu ‘family photo’ li huwa ritratt li jittieħed kull meta grupp ta’ mexxejja jkollhom laqgħat simili.

Waqt l-ewwel laqgħa saret diskussjoni dwar l-immigrazzjoni li tolqot lil diversi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea b’mod partikolari l-pajjiżi tal-Mediterran.

Preżenti għal din l-ewwel sessjoni tal-laqgħat hemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel.

Aktar tard ikun illejla l-mexxejja mistennija li jiltaqgħu l-Imdina fejn hemm se jagħtu dikjarazzjoni dwar dak li jkun ġie diskuss u miftihem.

Sport