Monday, December 23, 2024

Deputat Awstraljan irid li ċ-Ċina tħallas għad-danni għat-tixrid tal-coronavirus

Aqra wkoll

Aktar minn 38,000 persuna mietu kaġun tal-COVID-19

Id-Deputat Awstraljan George Christensen qed jisħaq li ċ-Ċina għandha tħallas għad-danni għall-imxija tal-coronavirus madwar id-dinja. Dan filwaqt li ħeġġeġ għal investigazzjonijiet fir-rigward ta’ rapporti li saru li l-virus Covid-19 oriġina minn laboratorju f’Wuhan.

Christensen qal li ċ-Ċina għandha tinżamm responsabbli għall-marda li s’issa qatlet aktar minn 38,000 vittma madwar id-dinja wara li l-virus tfaċċa fil-provinċja ta’ Hubei lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet.

“Jekk dan sarx b’negliġenza, jew jekk sarx deliberatament, huwa żgur li għamlu l-ħaġa l-ħażina,” saħaq id-Deputat Awstraljan.

Christensen għamel referenza għal teorija ppubblikata mis-South China University of Technology, liema teorija tgħid li l-virus seta’ oriġina f’faċilità ta’ riċerka li tinsab inqas minn 300 metru bogħod minn suq li bosta kienu qed jgħidu li l-virus oriġina minnu.

Intant f’jannar li għadda, is-Senatur Amerikan Tom Cotton ukoll issuġġerixxa li ċ-Ċina deliberatament kienet ħolqot il-coronavirus.

ARA INFORMAZZJONI DETTALJATA DWAR IL-KAŻI TAL-CORONAVIRUS FIL-PAJJIŻI KOLLHA MADWAR ID-DINJA HAWN

Ekonomija

Sport