Sunday, October 27, 2024

Deputat tal-PN jiċħad li lbieraħ kien jum storiku għall-Air Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ilbieraħ il-Prim Ministru ddeskriva bħala jum storiku li fih il-gvern kellu jammetti li l-amministrazzjoni tiegħu falliet fl-Air Malta”. Iddikjara dan l-Onor. Mario De Marco hekk kif kompliet id-diskussjoni mingħajr vot dwar il-futur tal-Air Malta.

Id-Deputat Nazzjonalista rrefera għal diskors li għamel l-eks Ministru Evarist Bartolo fejn rrefera għal dik li sippost kellha tkun iċ-ċelebrazzjoni tal-50 sena tagħha u minflok qegħdin nassistu għall-funeral tagħha. 

Id-deputat Nazzjonalista qal li jixtieq jgħid mod ieħor però mhuwiex fi stat li jafda l-istess tmexxija biex tmexxi din il-linja tal-ajru ġdida. 

“Jekk se nżidu l-frekwenza, x’se nagħmlu biex nassiguraw li s-sajf li ġej ma jkollniex d-diżastru ta’ delays li kellna din is-sena? U l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema?”, tenna jistaqsi filwaqt li qal li hu jemmen li l-Prim Ministru ma kellux jimmarka bħala jum storiku l-jum fejn kellu jammetti l-falliment tiegħu fit-tmexxija tal-Air Maltta.M

Sport