Monday, May 13, 2024

“Inaċċettabbli li studenti jinġabru siegħa u nofs qabel tibda l-iskola”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mistoqsi mid-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri jekk huwiex konxju li hawn studenti, anke żgħar saħansitra ta’ ħames snin li qegħdin jinġabru sa aktar minn siegħa u nofs qabel jew jaslu sa siegħa u nofs wara, il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima qal li huwa inaċċettabbli li jkollok dawn is-sitwazzjonijiet. 

Grima sostna li dan huwa inaċċettabbli iżda żied jgħid li rridu nkunu realistiċi u nammettu li din mhijiex xi ħaġa tal-lum għax minn żmien ilu fejn kellek ġenituri li kienu jħallsu għal dan l-istess servizz.

Il-Ministru Grima qal li fejn jara li jkun hemm ksur ta’ regolamenti tittieħed azzjoni fl-immedjat, iżda nnota wkoll li huma l-istess ġenituri li jagħżlu l-operatur u dan isir b’għotja ta’ vawċer lill-ġenituri u għalhekk hemm bżonn li dawn jagħżlu bl-aħjar mod lill-operatur li jafdaw li jwassal lil uliedhom. 

Sport