Derby County se jiffaċċjaw kważi relegazzjoni ċerta għal League One bit-team ta’ Wayne Rooney stabbilit għal tnaqqis ieħor ta’ disa’ punti, u b’hekk it-telfa totali titla’ għal 21 punt.
Ir-Rams diġà kienu qed jaħdmu taħt penali ta’ 12-il punt meta daħlu fl-amministrazzjoni u issa jinsabu lesti għal piena oħra ta’ disa’ punti mill-English Football League għal ksur storiku tar-regolamenti finanzjarji.
It-tnaqqis imminenti se jkun daqqa ta’ ħarta kbira għal Rooney, li ispira rispons qawwi mill-players tiegħu wara li oriġinarjament daħlu fl-amministrazzjoni fit-22 ta’ Settembru.
L-ex captain tal-Ingilterra sar manager permanenti ta’ Derby fil-bidu ta’ din is-sena u dejjem saħaq fuq l-impenn tiegħu mal-club matul diversi perjodi ta’ kriżi.
It-team ta’ Rooney jinsab seba’ punti ‘l bogħod mis- salvazzjoni wara t-tnaqqis u qed jistennew li jisimgħu jekk l-appell tagħhom kontra l-penali oriġinali ta’ 12-il punt irnexxiex.
L-amministraturi Quantuma qed ikomplu jippruvaw isibu xerrej li jista’ jerġa’ jibni l-club u jibqgħu f’diskussjonijiet ma’ mill- inqas tliet partijiet.