Monday, April 29, 2024

Dgħajsa abbandunata nstab li kellha bi $80 miljun fi droga kokaina

Aqra wkoll

Il-Pulizija tal-Gżejjer Marshall għamlu l-ikbar qabda tad-droga fl-istorja tagħhom wara li sabu 649kg ta’ kokaina fuq dgħajsa. Iżda din il-qabda seħħet b’kumbinazzjoni hekk kif id-droga kienet abbord dgħajsa abbandunat li nkaljat f’waħda mill-gżejjer. 

Huwa maħsub li din id-dgħajsa kienet ġie abbandunat fl-Oċean Paċifiku u aktarx li din telqet mill-Amerika Latina. Possibbilment din id-dgħajsa kien ilha xhur abbandunata u tinġarr mill-kurrent.

Abbord il-bastiment kien hemm 649kg ta’ kokaina li għandha valur ta’ xejn inqas minn $80 miljun. Din mhix l-ewwel darba li seħħ każ bħal dan f’dan l-arċipelagu fil-Paċifiku, iżda dak li seħħ dan l-aħħar kien rekord assolut. 

Fi stqarrija li ħarġu, il-Pulizija qalu li d-droga ġiet meqruda appardi żewġ pakketti li dawn intbagħtu lill-US Drug Enforcement Administration għal iktar testijiet.

Id-dgħajsa kellha tul ta’ 5.5 metri u nstabet inkaljata mir-residenti. Dawn min-naħa tagħhom ipprovaw ineħħuha minn hemm iżda kienet tqila ħafna. Wara iktar investigazzjoni li saret fuqha, instab li f’għadd ta’ kompartament moħbija kien hemm ammonti kbar ta’ droga kokaina.

Sport