Saturday, December 28, 2024

Dibattitu bejn il-mexxejja taż-żewġ partit ewlenin fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Waqt li dibattitu elettorali bejn il-mexxejja taż-żewġ partit ewlenin fir-Renju Unit, it-tnejn li huma kellhom kummenti kritiċi ndiriżżati lejn il-predeċessuri tagħhom. Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Rishi Sunak qal li kellu jiġġieled kontra l-pjanijiet tal-baġit tal-predeċessur tiegħu filwaqt li l-mexxeja Laburista Keir Starmer iddefenda lilu nniffsu li serva fix-Shadow Cabinet tal- predeċessur tiegħu Jeremy Corbyn, meta ma kienx jemmen fih.

Il-mexxejja taż-żewġ partit ewlenin qalu dan waqt li kienu qed iwieġbu mistoqsijiet diretti separati organizzati mill-gazzetta Sun li kienu jinkludu mistoqsijiet minn udjenza preżenti li rat kemm lil Rishi Sunak u Keir Starmer xi drabi għaddew minn interrogatorju diffiċli, inkluż dwar il-migrazzjoni u l-Iskema Nazzjonali tas-Saħħa (NHS).

Sunak u Starmer kienu pronti jwarrbu r-rekord tal-predeċessuri tagħhom. Rishi Sunak qal li l-politika ekonomika tal-prim ministru ta’ qablu, Liz Truss kienet żbaljata ħafna filwaqt li sostna li gvern immexxi minn Starmer joħloq instabbiltà fiskali simili.

Sadanittant Starmer ta l-akbar tweġiba tiegħu s’issa dwar għaliex kien approva l-kandidatura ta’ Jeremy Corbyn fl-elezzjoni tal-2019 minkejja li ma kienx jemmen fih u għaliex aktar qabel fiż-żmien ma rriżenjax mix-shadow cabinet Corbyn u ma marax fuq il-backbenches kif għamlu kollegi oħra.

Starmer irrisponda li l-mexxejja huma temporanji, iżda l-partiti politiċi huma permanenti, iżda kien importanti għall-partit Laburista li jkun vuċi fix-shadow cabinet.

Fisser li seta’ jisfida fuq l-antisemitiżmu, u stqarr li l-partit Laburista qatt ma ddevja mill-pożizzjoni tiegħu dwar affarijiet li huma fundamentali, bħan-NATO.

Il-perjodu kollu ta’ Corbyn bħala mexxej kien, skont Starmer, diffiċli ħafna għall-partit Laburista, madankollu kellu jħares lejn il-futur.

Fl-istess dibattitu, Sunak fittex li jargumenta li l-Labour se jkun ta’ ħsara għall-ekonomija daqs kemm kienet Liz Truss, hekk kif kien ikkontestat dwar l-impatt ta’ Prim Ministru li jservi għal żmien qasir.

Mistoqsi jekk ħassx xi responsabbiltà għar-riżenja ta’ Liz Truss minn prim ministru mexxej tal-partit konservattiv, Sunak saħaq li meta kkontesta lil Truss għat-tmexxija Konservattiva kien wissa kontra l-pjanijiet tagħha. Sostna li dakinhar kellu raġun.

Fid-dibattitu, Sunak inqeda bil-migrazzjoni biex jattakka lill-partit Laburista u qal li bi Starmer Prim Ministru, il-migranti, flok fir-Rwanda se jkunu qed jiġġerrew fit-toroq tar-Renju Unit. “Huma se jkunu fit-toroq tagħna, jagħmlu pressjoni fuq is-servizzi pubbliċi – u bil-mod, nista ngħidilkom issa qed jagħmlu kju f’Calais, jistennew il-gvern ta’ Starmer sabiex ikunu jistgħu jiġu hawn u jibqgħu hawn.”

Ekonomija

Sport