L-Istati Uniti u ċ-Ċina għandhom jaġixxu bħala potenzi responsabbli

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ospita lill-President taċ-Ċina Xi Jinping fil-White House għal pranzu statali lussuż fejn iż-żewġ mexxejja faħħru kapitlu ġdid fil-ħbiberija tagħhom u fir-relazzjonijiet ta’ bejniethom.

F’diskorsi tal-okkazjoni li għamlu z-zewġ mexxejja, il-President Ċiniz Xi enfasizza li ż-żewġ pajjiżi għandhom jaġixxu bħala pajjiżi ewlenin responsabbli biex jissodisfaw l-aspettattivi tal-popli tagħhom filwaqt li Trump awgura futur ta’ armonija, paċi u suċċess għaż-żewġ nazzjonijiet.

Iż-żewġ president ma naqsux li jwegħdu li jiżguraw stabbiltà bejniethom, iżda l-esperti wissew li ż-żjara ta’ Xi Jinping fl-Istati Uniti għadha ma kisbitx progress ovvju fuq kwistjonijiet urġenti.

Kapijiet ta’ negozji biljunarji, uffiċjali tal-amministrazzjoni Trump u kapijiet eżekuttivi tat-teknoloġija tal-Istati Uniti kienu fost il-mistednin tal-pranzu. Madankollu, il-wasla tagħhom kienet immarkata minn dimostranti jgħajtu fuq barra li wħud minnhom saħansitra ġew anki arrestati.

Donald Trump faħħar l-istorja twila tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, għalkemm ħa l-opportunità biex jitkellem – mingħajr ma kien ippjanat – dwar il-proġett tiegħu ta’ sala tal-ballu fil-White House li għadu għaddej.

F’dan il-mument spontanju, huwa qal li, bħala “ġest speċjali”, il-mexxej Ċiniż u martu jistgħu jkunu l-ewwel persuni li jidħlu f’din is-sala. 

Huwa ppreżenta wkoll lil Xi skultura ta’ ajkla bajda – is-simbolu nazzjonali tal-Istati Uniti – u qal li din kienet tinkorpora “l-ispirtu ħieles u li jtir fl-għoli tal-Amerka”.

Sadanittant, Xi rringrazzja lill-ospiti tiegħu talli laqgħu lilu u lil martu b’attenzjoni u konsiderazzjoni metikolużi, u b’hekk għamluhom iħossuhom qishom id-dar.

Lejn l-aħħar tad-diskors tiegħu, filwaqt li qal li ż-żewġ mexxejja kienu qed jiktbu l-istorja fl-impenji bilaterali tagħhom, Xi Jinping stqarr li l-għanijiet tal-Istati Uniti u taċ-Ċna jistgħu “jsaħħu lil xulxin”. Huwa ħeġġeġ liż-żewġ naħat biex jesploraw approċċ ġdid għall-koeżistenza bejn pajjiżi ewlenin.

Ir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċna “sawret fid-demm u fin-nar” matul il-ġlieda kontra l-Ġppun fit-Tieni Gwerra Dinjija, u kompliet tissaħħaħ permezz tad-diplomazija tal-“ping-pong” fi żmien l-amministrazzjoni ta’ Richard Nixon. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport