Fueled Up Meet, li ta’ spiss torganizza avvenimenti tal-karozzi se tkun qiegħda tfakkar il-memorja taż-żagħżugħ Dylan Axiak, li tilef ħajtu b’xokk elettriku lbieraħ filgħodu.
F’messaġġ fuq Facebook ingħad li Dylan kien dilettant tal-karozzi u li fl-avveniment li se jiġi organizzat is-Sibt 25 ta’ Mejju fil-Parking tad-Diakoku fil-Marsa fis-7:30 p.m., se titfakkar il-memorja taż-żagħżugħ, li kien iddiskrevut minn bosta bħala persuna dejjem bi tbissima.
Dan l-avveniment huwa miftuħ għall-pubbliku u filwaqt li dawk li se jattendu huma mħeġġa li jiġu bil-karozzi tagħhom, huma imħeġġa wkoll sabiex magħhom jġibu ritratt ta’ Dylan u l-memorji li kellhom flimkien.
Intant fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Axiak, kien hemm il-messaġġ tal-għarusa tiegħu Shirley Calleja; “Sabiħ Tiegħi😭 Għalfejn Tlaqtli Daqshekk Kmieni 😖😖 Għalfejn Kellek Tkun Inti 💔 Kull Ma Rajtek Dalgħodu Sejjer Xogħol U Kellu Jdoqq Il-Mobile U Nisma Li Qiegħed L-Isptar 😭 Wasalt U Nsibek Li Tlaqtli Imma Kif Jista Jkun??”