Wednesday, July 24, 2024

Omm akkużata li sawtet lil bintha ta’ sentejn bħal pupa tal-logħob

Aqra wkoll

Omm qed tiġi akkużata li tat bis-sieq u sawwtet b’mod selvaġġ lil bintha ta’ sentejn waqt titjira ta’ Delta Air Lines minn Puerto Vallarta, il-Messiku, għal Seattle fl-Istati Uniti. Dan wara li t-tifla qamet minn fuq is-siġġu li kienet bilqiegħda fuqu.


L-omm, Breanna Mistler ta’ 33 sena, allegatament baqgħet issawwat bla ħniena lil bintha anki minkejja l-intervent ta’ passiġġieri oħra li ppruvaw iwaqqfuha. L-omm qalet lill-passiġġieri biex ma jindaħlux u li ma kinitx affari tagħhom.

Qabel l-inċident, Mistler kienet f’seat fil-korsija u bintha kienet f’seat in-naħa tat-tieqa, skont l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istati Uniti fid-Distrett tal-Punent ta ‘Washington.

Malwasla tagħha f’Serattle, Mistler ġiet arrestata minn uffiċjali tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri meta l-ajruplan niżel fl-1 ta’ Mejju. Bintha kellha diversi tbenġil, fuq ġisimha skont il-prosekuturi.

“Anke mill-istandards orribbli ta’ każijiet ta’ abbuż fuq it-tfal, dan il-każ huwa xokkanti,” kitbu l-prosekuturi fl-att tal-akkużi kriminali kontriha. Skont l-istess prosekuturi dan kien it-tieni darba f’sitt xhur li Mistler ġiet akkużata li pperikolat il-ħajja ta’ bintha

Mistler f’Diċembru li għadda allegatament ħadet lil bintha magħha wara li serqet mid-dar ta’ ommha u faqgħet ukoll it-tajers tal-vettura tagħha.

It-tarbija ttieħdet għand speċjalista mediku u aktar tard omma tressqet mis-Servizzi Protettivi tat-Tfal fejn ġiet akkużata b’aggressjoni qawwija.

Imħallef ordnat li Mistler tinżamm f’ċentru ta’ detenzjoni federali fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Seattle-Tacoma talli kienet wettqet l-attakki quddiem tant nies fuq vjaġġ twil bl-ajruplan.  L-eżami preliminari tal-provi kontra Mistler huwa diferit għas-16 ta’ Mejju.

Ekonomija

Sport