Sunday, July 26, 2026
Home Internazzjonali Dimostrazzjonijiet vjolenti mmirati lejn l-immigranti fl-Afrika t’Isfel

Dimostrazzjonijiet vjolenti mmirati lejn l-immigranti fl-Afrika t’Isfel

0
12

Fl-aħħar ftit ġimgħat, sensiela ta’ serqiet armati ħasdet lill-komunità tal-Afrika ta’ Isfel. Midja internazzjonali rrapurtat li kollox beda fid-29 ta’ Ġunju ta’ din is-sena , meta diversi rġiel daħlu bil-forza fil-proprjetà ta’ Eibraheem Hussein, raġel mill-Malawi ta’ 60 sena li ilu jgħix l-Afrika t’Isfel mis-sena 2000. Dawn spiċċa msawwat u misruq.  

Intant, lejliet is-16 ta’ Lulju, grupp ta’ ħallelin serqu minn tal-inqas erba’ djar ta’ familji mill-Malawi f’Thembelihle. Ġie rrapurtat li minn Marzu lil hawn, l-Afrika t’Isfel ġiet affettwata sew minn dimostrazzjonijiet, li spiss kienu vjolenti, kontra l-immigrazzjoni illegali. 

Huwa mifhum li aktar minn 160,000 persuna minn pajjiżi bħall-Możambik, in-Niġerja u ż-Żimbabwe telqu mill-Afrika t’Isfel. Dan hekk kif, minn dawn, tal-inqas 54,000 ġew deportati. 

Filwaqt li l-Afrika t’Isfel ilha għal ġenerazzjonijiet sħaħ timporta ħaddiema barranin, l-immigrazzjoni żdiedet wara li Nelson Mandela laqa’ nies minn madwar l-Afrika kollha meta sar President u kien elett demokratikament fl-1994. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here