Sunday, December 22, 2024

“Din l-awtorità hi tweġiba diretta għall-obbligi internazzjonali”

- is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said dwar l-Awtorità għall-Azzjoni fil-Klima

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fil-Parlament kompla jiġi diskuss l-Abbozz ta’ Liġi li permezz tiegħu se tkun qed titwaqqaf l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima. Fost dawk li għamlu l-intervent tagħhom fis-seduta tal-lum kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said.

Hija qalet li dan l-Att għandu jkun rikonoxxut bħala wieħed mill-aktar importanti għall-ġenerazzjonijiet tagħna u jekk nieħdu l-implimentazzjoni tiegħu bis-serjetà nkunu salvagwardjajna l-futur tagħna u ta’ wliedna.

“Din l-Awtorità hi bbażata fuq pedament xjentifiku u konxja mill-elementi soċjali li jeħtieġ nikkunsidraw meta nħarsu lejn l-impenn li għandna quddiemna. Din l-Awtorità se taċċetta r-responsabiltà li għandna bħala Gvern biex innaqqsu l-impatt tagħna fuq il-klima,” qalet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Hija tenniet ukoll li din l-awtorità hi tweġiba diretta għall-obbligi internazzjonali u dikjarazzjoni ċara tal-impenn ta’ dan il-pajjiż sabiex nagħmlu aktar u aħjar dwar it-tibdil fil-klima.

Irreferiet ukoll għat-tnaqqis fil-gassijiet serra mill-atmosfera. Dan filwaqt li qed jingħata rikonoxximent akbar tal-importanza tal-ibħra u l-oċeani tagħna fil-kuntest wiesgħa tat-tibdil fil-klima.

“Għandna lkoll kemm aħna nkunu kburin li tajna sehemna biex inwaqqfu u nreġġgħu lura l-bidliet fil-klima,” tenniet is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Ekonomija

Sport