Saturday, May 18, 2024

FA Trophy: Gzira United fil-kwarti-finali b’rebħa fuq Hibernians

Aqra wkoll

Gzira Utd ………1

Hibernians ……0

Gzira United ikkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-Izibet FA Trophy meta għelbu lil Hibernians bl-iskor ta’ 1-0, f’partita li ma tantx of­friet emozzjonijiet. 

Hibernians iddiżappuntaw bil-kbir minħabba li ftit li xejn heddew il-lasti avversarji.

Il-goal li ddeċieda l-logħba wasal, fil-31 minuta, meta Jackson Mendoza għadda lejn Zachary Scerri li minn barra l-kaxxa venven xutt qaw­wi li l-goalkeeper Paw­list, Hugo Sacco, naqas li jżomm biex pront daħal Thaylor Aldama li xeħet fix-xibka.

Ir-reazzjoni ta’ Hiber­nians ma waslitx. Huma resqu viċin f’nofs it-tieni taqsima minn xutt b’saħħtu ta’ Gab­riel Artiles li għadda ftit għoli.

Min-naħa tal-Maroons, lejn it-tmiem hu­ma laqtu l-mimduda minn Lucas Ribeiro De Oliveira li kien l-aħjar player tal-logħba.

B’din it-telfa issa Hiber­nians iridu jixħtu l-enerġija kollha fuq il-kampjonat fit-tentattiv li jtemmu fit-tielet post … l-uniku biljett għalihom għall-UEFA Confe­rence League.  

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conceicao, 7-Thaylor Aldama (19-Kyle Walter Spence 84), 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Maula, 16-Luis Carlos Riascos, 20-Farid Romero Zuniga, 21-Zachary Cassar, 47-Brooklyn Borg (4-Andrew Borg 84), 98-Jackson Mendoza – Coach: Andrew Cohen

Hibernians: 30-Hugo Sacco, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Caruana (11-Bjorn Kristensen 73), 8-Robert Bairam (20-Artem Radchenko 67), 9-Sime Zuzul, 10-Jurgen Degabriele (99-Gabriel Fernandes Alves 85), 21-Alex Bruno De Souza Silva (25-Mamadou Bagayoko 67), 22-Gabriel Izquier Artiles, 23-Claudio Boannni, 77-Rodney Antwi (29-Giannis Bastianos 67) – Coach: Branko Nissvic

Referee: Alex Johnson

Ass. Referees: Roberto Vella, Duncan Spencer

Raba Uffiċjal: Daniel Portelli

Skorer: T. Aldama 30 (GU)

Ammoniti: T. Aldama, Z. Scerri, F. R. Zuniga, B. Borg, J. Mendoza (GU); R. Bairam, G. I Artiles, B. Kristensen, G. Bastianos (H)

Sport