Monday, May 13, 2024

Tintemm iż-żjara tal-President tal-Latvja f’Malta

Aqra wkoll

Fl-aħħar impenn tiegħu f’Malta, il-President tal-Latvja, Edgars Rinkēvičs, żamm mat-tradizzjoni tat-tħawwil ta’ siġra fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Hawnhekk ħawwel is-siġra Syagrus Romanzoffiana fil-ġnien privat. Huwa kellu wkoll laqgħa privata mal-President George Vella, li ppreżentalu bolla kommemorattiva taż-Żjara Statali.

Intant, ilbieraħ filgħodu, il-President tal-Latvja kellu wkoll l-opportunità li jżur il-Kon Katidral ta’ San Ġwann fejn kien milqugħ mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici.

Wara, il-President Rinkēvičs u d-delegazzjoni tiegħu rħewlha lejn il-Barrakka ta’ Fuq fejn hemm iltaqa’ mill-ġdid mal-President George Vella filwaqt li gawdew mill-veduta mill-isbaħ tal-Port il-Kbir.

Sport