Wednesday, July 24, 2024

Mauricio Pochettino f’riskju li jitkeċċa

Aqra wkoll

Wara t-telfa qarsa ta’ 4-2 li Chelsea sofrew kontra Wolverhampton Wanderers fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, diversi gazzetti Brittaniċi qed jgħidu li post il-kowċ Mauricio Pochettino jinsab f’riskju.

It-tim minn Londra issa niżel fil-11-il post, 13-ili punt mill-ħames post u 15-il punt mid-duo ta’ timijiet Aston Villa-Manchester City li jinsabu fir-raba’ post li jfisser post fil-UEFA Champions League.

Fl-aħħar sigħat tkellmet saħansitra Bella Silva li tiġi l-mara ta’ Thiago Silva u li hi partitarja kbira ta’ Chelsea.

Hi qalet li wasal il-mument li t-tim ibiddel għax jekk se jibqa’ kif inhu, ir-riskji huma kbar. Din kienet botta fina sabiex Pochettino jitneħħa mill-kariga hekk kif it-tim mhux qed jieħu r-ruħ.

Ekonomija

Sport