Wednesday, July 24, 2024

Min se jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Barcelona?

Aqra wkoll

Il-gazzetti Katalani qed jitkellmu u jispekulaw dwar min jista’ jkun il-kowċ il-ġdid ta’ Barcelona wara li Xavi Hernandez ħabbar li se jitlaq mill-kariga f’Ġunju li ġej.

Għal dan l-għan tkellem id-direttur sportiv Deco li elimina kull idea li Thiago Motta jista’ jkun parti mis-selezzjoni ta’ kowċis. Hu qal li m’hemmx xi għaġla partikolari għalkemm bdew jistudjaw xi profili interessanti.

Fl-istess waqt hu sostna li ma jiddeċidix l-affarijiet waħdu iżda hemm grupp ta’ persuni li jiddiskutu u jaraw x’inhu l-aħjar għall-klabb.

Ekonomija

Sport