Saturday, May 4, 2024

4 każi ġodda ta’ COVID-19 f’pajjiżna… Ifiequ tmien persuni oħra

Aqra wkoll

Mhux żmien li nirrilassaw!

https://www.facebook.com/covid19malta/videos/236246977479161/?v=236246977479161&notif_id=1587206223869083&notif_t=live_video

Fl-aħħar aġġornament imwassal mill-Professur u Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmain Gauci, lbieraħ minn 972 swabs, ħarġu 4 każi pożittivi għall-pandemija COVID-19.

L-ewwel każ huwa ta’ raġel Taljan ta’ 34 sena fejn beda bis-sintomi ta’ sogħla u deni fl-14 ta’ April. Huwa kellu kuntatt ma’ persuna oħra li joqgħod miegħu. Dan tal-aħħar kien ukoll instab pożittiv għall-COVID-19. 

It-tliet każijiet l-oħra huma ta’ immigranti li jinsabu fl-Open Centre ta’ Ħal Far fi kwarantina obbligatorja. Dawn it-tliet każijiet huma kollha rġiel. It-total f’dan iċ-ċnetru issa tela’ għal 35 persuna.

Il-Profs Gauci enfasizzat biex kulħadd jibqa’ d-dar u ma nirrilassawx anke jekk in-numri ikunu baxxi.

Sport