Monday, May 13, 2024

Il-bniedem imċaħħad mil-libertà, l-annimali jirbħuha lura

Aqra wkoll

Iljuni jorqdu f’nofs ta’ triq fl-Afrika t’Isfel f’nofs lockdown totali

Fl-aħħar xhur, il-pandemija COVID-19 serqet il-libertà ta’ miljuni ta’ nies madwar id-dinja. B’għexieren ta’ pajjiżi jiddikjaraw lockdown parzjali jew totali b’konsegwenza li l-bniedem sab ruħu msakkar id-dar mal-familjari. 

Iżda kif jgħid il-Malti, diżgrazzja għal persuna, hija grazzja għal oħra. Fil-fatt fl-aħħar xhur rajna numru ta’ speċi ta’ annimali jerġgħu jiksbu l-libertà tagħhom f’żona li kienu ilhom is-snin ma jabitaw fihom. Eżempju wieħed kien il-preżenza tad-dniefel f’Venezja, xena li kienet ilha ma tidher żmien twil. 

Fl-aħħar jiem, hekk kif l-Afrika t’Isfel tinsab f’lockdown totali, grupp ta’ ljuni ddeċiedew li jintasbu f’nofs ta’ triq u jieħdu siesta ħelwa, mingħajr ebda xkiel.  

Dan ir-ritratt qajjem ħafna diskussjonijiet, primarjament kif il-folja issa nqalbet u dawk l-ispeċi li sa ftit xhur ilu kienu mċaħdin mill-abitat naturali tagħhom issa għandhom il-libertà kollha.

Sport