Saturday, November 16, 2024

Disat itfal fost aktar minn 19-il vittma ta’ nirien fi blokka appartamenti fi New York

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn tal-anqas 19-il persuna, inklużi disat itfal mietu kawża ta’ nirien li ħakmu blokka ta’ appartamenti fi New York.

Aktar minn 30 persuna oħra qegħdin jingħataw kura minħabba ħsara fis-sistema tan-nifs ikkawżata minn dħaħen li belgħu.

Jidher li n-nirien żviluppaw minn appartament fit-tieni sular u li fortunatament ma nfirixx f’appartamenti oħrajn li jiffurmaw din il-blokka ta’ 19-il sular.

Fl-operazzjoni kienu involuti 200 pumpier li kkontrollaw in-nirien u salvaw lil dawk maqbudin. Fost dawk salvati hemm 26 persuna li jinsabu f’qagħda kritika.

Fost il-ħafna ritratti li nxterdu fuq il-midja soċjali, kien hemm dak li juri pumpier iħaddan miegħu tarbija hu u ħiereġ mit-tieqa tal-appartament maħkum min-nirien għal fuq il-vettura tat-tifi tan-nar.

Ekonomija

Sport