Friday, May 3, 2024

Diversi clubs Ewropej wara l-firma ta’ Assau Ouedraogo

Aqra wkoll

Assau Ouedraogo huwa plejer ta’ nofs il-grawnd li qed jimpressjona ma’ Schalke fil-Ġermanja. Mhux ta’ b’xejn li diversi timijiet qed iħarsu lejn il-profil tiegħu fit-tentattiv li jakkwistawh. Fil-fatt, Milan, Inter, Bayern Munich, RB Leipzig, Liverpool, Chelsea u Manchester United kollha għamlu kuntatt ma’ Schalke 04 fit-tentattiv li jakkwistaw il-firma tiegħu.

Ouedraogo hu plejer ta’ nazzjonalita’ Ġermaniża li matul dan l-istaġun lagħab disa’ logħbiet mat-tim minn Gelsenkirchen u skorja gowl.

Sport