Friday, May 3, 2024

Bruno Fernandes fir-radar ta’ klabbs mill-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Diversi klabbs mis-Saudi Pro League qed iħarsu lejn il-possibbilta’ li jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder offensiv mill-Portugall Bruno Fernandes. Dan tal-aħħar jilgħab ma’ Manchester United u hu wkoll captain ta’ dan it-tim.

Al Hilal, Al Ittihad u anke Al Nassr esprimew ix-xewqa li jakkwistawh speċjalment dawn tal-aħħar minħabba li magħhom hemm jilgħab Cristiano Ronaldo.

Bruno Fernandes għandu 29 sena u s’issa lagħab 15-il darba mar-Red Devils fejn skorja wkoll tliet gowls.

Sport