Saturday, May 4, 2024

David Moyes se jirtira?

Aqra wkoll

Diversi ġurnali Ingliżi qed isostnu li l-kowċ ta’ West Ham United David Moyes jista’ jieqaf mill-karriera tiegħu eżatt kif jintemmlu l-kuntratt fit-30 ta’ Ġunju li ġej. Il-kowċ ta’ 60 sena ilu jtella’ u jniżżel din l-għażla u ħafna qed jgħidu li dik se tkun id-deċiżjoni tiegħu.

Minkejja kollox, l-istess tabloids Ingliżi qed jgħidu wkoll li Moyes jista’ jsib ruħu impjegat mal-UEFA li jixtiquh magħhom bħala organizzatur minħabba l-esperjenza li għandu.

Fil-fatt, Moyes mexxa diversi klabbs prestiġġjużi fosthom Everton, Manchester United, Real Sociedad u Sunderland.

Sport