Saturday, November 9, 2024

Diversi santwarji tal-annimali jibbenefikaw minn fondi li nġabru waqt il-kunċert, A Night at the Palace

Aqra wkoll

Propju ilbieraħ fil-Jum Dinji tal-Annimali, mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, qassmet il-fondi li nġabru waqt il-kunċert, A Night at the Palace, lil diversi santwarji tal-annimali.

Waqt il-kunċert, li ttella’ nhar l-Erbgħa 11 ta’ Settembru, bis-sehem tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, inġabru donazzjonijiet b’risq is-santwarji tal-annimali.

Dr Abela sostniet li kien ta’ pjaċir li għal sena oħra tellgħu l-kunċert b’għan nobbli, A Night at the Palace, hekk kif permezz tiegħu setgħu jinġabru dawn id-donazzjonijiet li qed jitqassmu lil diversi santwarji tal-annimali.

Hija rringrazzjat lill-ħaddiema kollha fis-santwarji tal-annimali għall-ħidma volontarja li jwettqu ta’ kuljum favur il-ħarsien tal-annimali.

Hija fakkret lis-santwarji fl-inizjattiva li tnediet waqt A Night at the Palace, ‘Solar4dShelter’, fejn bl-għajnuna ta’ Bajada New Energy, is-santwarji tal-annimali se jkunu qed jingħataw pannelli solari b’xejn. Huma ġew imħeġġa japplikaw għal din l-inizjattiva, fejn apparti li se tgħinhom biex joperaw b’mod aktar sostenibbli, se ttaffi wkoll ftit mill-piż finanzjarju.

Sport