Saturday, December 21, 2024

DJ popolari mil-Latvja b’diska dwar Malta

Aqra wkoll

Id-deejay [Ex] da Bass hu ferm popolari fil-Latvja u hu rinomat għall-produzzjonijiet tiegħu mużikali fejn daqq mhux biss fi klabbs ewlenin madwar il-pajjiż iżda jippreżenta wkoll programm fuq mużika kummerċjali.

Hu ilu f’din ix-xena għal 27 sena sħaħ fejn minn deċennju għal ieħor dejjem jara li jaġġorna ruħu maż-żminijiet u anke mal-mużika li tindaqq bl-istil li dejjem jinbidel.

Hu beda l-karriera tiegħu mill-iskola fejn kien idoqq f’diversi parties u eventwalment mar fuq ir-radju. Minn hemm kompla jiżviluppa u jrabbi aktar kunfidenza wara l-mixer.

L-affarijiet inbidlu, it-teknoloġija evolviet u millcassettes għas-CDs, ġejna
għad-diski li normalment issibhom bħala mp3s. Hu baqa’ jaġġorna ruħu, xi ħaġa li hu enfasizza ħafna li f’din il-karriera dejjem hemm xi ħaġa li tinbidel.

Riċentement dan id-deejay popolari għadu kemm ħareġ EDM track iddedikata lillgżejjer Maltin, li hu jsejħilhom bħala t-tieni dar tiegħu.

Dan is-sit tkellem ma’ [Ex] da Bass innifsu fejn tagħna aktar dettalji dwar il-karriera tiegħu.

“Kif għidtlek jien ili kważi 30 sena f’din ix-xena mużikali. Kelli x-xorti li naqsam il-palk ma’ diversi djs ta’ fama mondjali bħal David Guetta, Sak Noel, Lucas and Steve, Tomcraft, Burak Yeter, Tungevaag, ATB u DJ Sash. Dawn kollha huma ismijiet li kif issemmihom jaqbdek il-bard għax huma l-favoriti tiegħi aħseb u
ara kemm tħossok iktar kburi meta ddoqq magħhom.”

Iżda kif ġiet din l-idea biex jikteb u jipproduċi diska fuq Malta?

“Ġejt Malta s-sena l-oħra u mal-ewwel sirt inħobbha. Kif jgħidu bl-Ingliż love at first sight. Dan hu pajjiż b’nies ferm dħulin, moħħhom miftuħ u fuq kollox soċjevoli ħafna. Dan kollu ispirani bie nagħti ġieħ lil din l-art u b’hekk wasalt għal din id-disk”.

“Ridt nagħti xi ħaġa lura għall-vaganza meraviljuża li qattajt hawnhekk u dan kollu għamiltu b’qalb kbira.” Hu qal li l-fatt li f’Malta hawn xemx u sajf għal kważi
disa’ xhur bi tliet xhur biss li wieħed jista’ jsejħilhom xitwin, jagħmel lin-nies aktar
dħulin u li jħobbu jieħdu pjaċir u jiddevertu bis-saħħa tal-mużika.

Min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni hi ferm differenti fil-Latvja fejn hemmhekk is-sajf idum biss tliet xhur u l-bqija hemm kważi disa’ xhur ta’ xita u kesħa.
Sadanittant, id-diska “Malta” fiha melodija u mużika perfetta minn kantanta
Maltija li minkejja kollox ma ġiex żvelat min hi.

Hi toqgħod fl-Italja u kienet partiċipanta f’X-Factor Malta bit-talenti tagħha li huma rikonoxxuti ferm. Meta tisma’ din id-diska mingħajr ma trid tibda tiżfen għax għandha ritmu mexxej ħafna. Bħalissa DJ [Ex] da Bass jinsab f’Malta biex jieħu sehem f’gigs fejn kellu anke ċ-ċans idoqq f’diversi diskoteki u anke festini privati.

Isemmi kif id-diskoteka Gianpula għandha xi ħaġa speċjali u li hi wisq sabiħa. “Se nkun qed nagħmel hawn ftit ġimgħat oħra fejn se nkompli nagħmel dak li verament inħobb. Bdejt nibni l-kuntatti tiegħi fejn sirt naf lil DJ Ryan Spiteri li kif kulħadd jaf jispeċjalizza fil-mużika tassnin 90. Fil-fatt daqqejt fil-party tiegħu fit-12 ta’ Ottubru li għadda u bqajt mistagħġeb bil-folla nies li kellu.”

Sadanittant, is-single Malta li diġà qed tindaqq fuq xi stazzjonijiet tar-radju Maltin
hi disponibbli fil-pjattaformi diġitali ewlenin online u madwar id-dinja u dan kollu
grazzi għal The Soul Music Global. “Qed inrabbi kuntatti u anke konnessjonijiet kbar ma’ dawn il-gżejjer u wara li nitlaq ftit lejn pajjiżi, għandi fidi qawwija li nerġa’ niġi hawn, xi ħaġa li se nikkunsidraha sew minħabba li l-ħajja hawnhekk hi wisq sabiħa.”

Finalment tlabna lil DJ [Ex] da Bass biex iwassal messaġġ finali lil dawk it-tfal u żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu din il-karriera

“Jien inħeġġeġ mhux biss il-ġuvintur iżda anke t-tfajliet biex jaqbdu din il-karriera. Għalkemm ħafna jgħidu li int kemm idoqq diska u daqshekk, dan kollu mhux minnu. Hemm ħafna preparamenti li jridu jsiru apparti li wieħed irid ikollu l-passjoni, kważi kważi ngħid li trid titwieled b’dan it-talent.”

“Jekk eventwalment persuna tirnexxi u l-produzzjonijiet tiegħu jew tagħha jkunu
mxerrdin madwar id-dinja permezz tal-internet, il-bibien jinfetħu beraħ u b’hekk jibdew ġejjin aktar opportunitajiet.”

Ekonomija

Sport