Anzjan ta’ 87 ġie ċertifikat fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta tas-1.45pm ittajjar minn vann f’San Pawl il-Baħar.
Jirriżulta li l-vann tal-għamla Ford Transit kienet misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti r-Rabat Għawdex.
Dwar dan l-inċident infetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija qegħdin jinvestigaw dan l-inċident.
