Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet sar il-Grand Prix ta’ Bormla tat-Table Football fejn iddominaw il-Maltin f’turnew ta’ livell għoli.
Samuel Bartolo, għal darb’oħra, rebaħ il-kategorija Open wara li rebaħ il-finali kontra Mark Gauci. Is-semifinalisti kienu Jamie Bonnici u Wolfgang Haas.
Jason Pisani rebaħ il-kategorija tal-Veterani wara li għeleb lil Charlie Aquilina fil-finali. Is-semifinalisti kienu Mario Camilleri u Patrick Pace.
Iż-żagħżugħ Jayden Bonnici ddomina il-kategoriji taż-żgħażagħ hekk kif rebaħ kemm il-kategorija tal-Under 16 kif ukoll tal-Under 20. Fil-finali tal-Under 16, Bonnici għeleb lil Gabriel Ebejer u fil-finali tal-Under 20, rebaħ il-finali kontra Noah Janssens.
Valletta Subbuteo Club rebħu il-kategorija tat-timijiet wara li għelbu lil SS Lazio TFC fil-finali. Is-semifinalisti kienu Bormla SC u Bormla SC “B”.
L-appuntament maġġuri li jmiss għall atleti Maltin issa jkun il-Major ta’ Bologna, l-Italja fi’ tmiem dan ix-xahar.