Miljuni kbar ta’ persuni ftit tal-ħin ilu raw l-istorja seħħ quddiemhom hekk kif Donald Trump reġa’ ħa l-poter tal-Istati Uniti.
Minħabba l-kesħa tremenda li qiegħda tagħmel fl-Istati Uniti b’mod partikolari f’Washington DC, l-inawgurazzjoni tal-President kellha ssir fuq ġewwa fil-post li hu magħruf bħala “ir-Rotunda”.
Imdawwar bl-eks Presidenti tal-Istati Uniti, uffiċjali għoljin fl-amministrazzjoni l-ġdida kif ukoll persuni distinti oħrajn fosthom il-familja tal-President, Donald Trump ħalef li jkun ta’ servizz għaċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi biex b’hekk ħa l-poter f’idejh.
Donald Trumo għand 78 sena fejn għal darb’oħra wiegħed li mhux se jkun qiegħed jieħu l-paga ta’ President.
Intant fl-aħħar messaġġ tiegħu Joe Biden talab maħfra lill-familja tiegħu ta’ kemm bagħtew fl-aħħar snin. “Il-familja tiegħi kienet suġġett għal attakki kontinwi u anke theddid u dan biex jien inkun attakkat. Nemmen li dawn l-attakki issa se jieqfu,” qal Biden. Hu kompla jgħid li “għalhekk qiegħed neżerċita l-poteri tiegħi li tagħtini l-kostituzzjoni biex nagħti maħfra lil James B. Biden, Sara Jones Biden, Valerie Biden Owens, John T. Owens, and Francis W. Biden.”
Intant, ftit tal-ħin qabel ma ħa l-ġurmanet Trump, ingħata l-ġurament JD Vance bħala l-Viċi President il-ġdid tal-Istati Uniti.