Thursday, May 16, 2024

Dr Chris Fearne llum jinħatar President tal-Assembela Dinjija tas-Saħħa

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tal-lum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Dr Chris Fearne se jkun qiegħed jinħatar President tal-Assembea Dinjija tas-Saħħa.

Dr Fearne se jkun il-President hekk kif se titlaqqa’ s-46 edizzjoni ta’ din l-assemblea li fiha hemm 194 stat membru. Minkejja li Dr Fearne se jkun f’din il-kariga għal sena sħiħa xorta waħda se jibqa’ jżomm l-obbligi kollha li għandu lejn Malta fil-ħidma tiegħu bħala Ministru tas-Saħħa.

Il-Prim Ministru Robert Abela fid-diskors tiegħu dalgħodu sostna li l-ħatra ta’ Dr Fearne f’din il-kariga turi kemm pajjiżna hu mimili b’talenti. Hu sostna li din hija waħda mill-aktar karigi prestiġjużi fil-qasam tas-saħħa madwar id-dinja.

Sport