Birkirkara ……1
Marsaxlokk …1
Minn Cristian Muscat
F’partita movimentata, Birkirkara u Marsaxlokk spiċċaw fi draw ġust ta’ 1-1 li iżda ma kkuntenta lil ħadd hekk kif it-tnejn riedu rebħa biex ikomplu jisfidaw għall-ewwel post tal-Closing Round.
Marsaxlokk kellhom lill-coach Taljan, Vincenzo Potenza, sospiż logħba wara li akkumula erba’ karti sofor, fejn segwa l-partita mill-VIP Stand.
Kienu Marsaxlokk li ħolqu l-ewwel periklu wara biss tliet minuti meta Yuri De Jesus Messias kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali devjat f’corner minn Luis Mario Mina Cordova.
Birkirkara wieġbu fit-12-il minuta meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner, l-aqwa skorer tal-kampjonat b’21 goal, Maxuell Maia, kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu minn ġol-kaxxa jintemm ftit barra.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-21 minuta, KEMAR REID, qabeż tajjeb difensur avversrarju u b’eleganza tefa’ ġewwa, biex ta vantaġġ bikri lill-Istripes.
Birkirkara reġgħu ħolqu l-periklu fl-54 minuta meta l-captain Alex Satariano kellu xutt bid-dawra mill-viċin li ntemm ftit barra.
Il-pressjoni kienet kollha fuq Marsaxlokk u kulma jmur bdew iżidu fir-ritmu tagħhom u fit-68 minuta, Yuri De Jesus Messias, ittanta xortih peremzzz ta’ xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li iżda ntemm għoli.
Fl-74 minuta rebħu penalty, meta d-difensur Bulgaru ta’ Birkirkara Tomislav Papazov miss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-11-il metru inkariga ruħu YURI DE JESUS MESSIAS li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Volpe n-naħa opposta.
L-affarijiet komplew sejrin ħażin għal Birkirkara u speċjalment għal Papazov innifsu hekk kif tliet minuti biss wara, tkeċċa permezz ta’ karta ħamra diretta għalkemm diġá kien ammonit fl-ewwel taqsima.
Fil-81 minuta, Birkirkara pprotestaw għall-penalty meta l-goalkeeper, Matthew Calleja Cremona, ħareġ barra minn postu u deher li allegatament waqqa’ lil Maxuell Maia fil-kaxxa, iżda r-referee Trustin Farrugia Cann ħalla l-logħob għaddej.
Fit-88 minuta, Marsaxlokk tilfu cans tad-deheb meta Jorge Ailton Soares minn taħt il-lasta laqat il-ballun ħażin.
Fil-ħin miżjud, Jose Ulises Arias, skorja iżda l-goal tħassar għal offside.
BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Manuel Morello, 4-Luis Mario Mina Cordova (30-Nathan Cross 63), 9-Kemar Reid (93-Gislain Yikpe 85), 10-Shaun Dimech, 13-Tomislav Papazov, 20-Alex Satariano, 24-Lautaro Leandro Lacunza (6-Pablo Leonel Gaitan 85), 27-Alessandro Coppola, 59-Stephane Donovan Makoma, 91-Maxuell Maia – Coach: Stefano De Angelis
MARSAXLOKK: 1-Matthew Calleja Cremona, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias (11-Duane Bonnici 85), 14-Juan Carlos Corbalan, 17-Jorge Ailton Soares (21-Jai Quitongo 90), 19-Jose Ulises Arias, 22-Lucas Emanuel Lopez, 23-Alex De Aguilar Gomes, 27-Leandro Aguirre, 30-Ryan Scicluna – Coach: Erdal Karaman
REFEREE: Trustin Farrugia Cann
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Spencer
RABA’ UFF: Vladimir Rizoski
SKORERS: K. Reid 21 (B), Y. De Jesus Messias pen. 74 (M)
AMMONITI: L. M. Mina Cordova, L. L. Lacunza (B), K. Micallef, A. De Aguilar Gomes (M)
TKEĊĊA: T. Papazov 78 (B)