Wednesday, September 16, 2026
Home Sport Lionel Messi inkluż fl-iskwadra tal-Arġentina kontra l-Benin … se tkun l-aħħar tislima...

Lionel Messi inkluż fl-iskwadra tal-Arġentina kontra l-Benin … se tkun l-aħħar tislima bil-flokk nazzjonali

0
51

L-Arġentina inkludiet lil Lionel Messi fl-iskwadra tagħha għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Benin, li se tintlagħab fis-6 ta’ Ottubru fl-Estadio Monumental fi Buenos Aires. 

Din il-partita mistennija tkun l-addio ta’ Messi mill-football internazzjonali. 

Messi, li għandu 39 sena, kien ħabbar li se jieqaf jilgħab mat-team nazzjonali wara t-telfa tal-Arġentina kontra Spanja fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2026. Huwa qal li d-deċiżjoni weġġgħetu ħafna, iżda li kien ta kollox għat-team u ma kellu xejn aktar x’jagħti.

Messi huwa l-aqwa skorer fl-istorja tal-Arġentina u l-player bl-aktar dehriet mat-tem nazzjonali, b’125 goal f’207 logħbiet. Huwa kien ukoll il-captain tat-team meta l-Arġentina rebħet it-Tazza tad-Dinja fl-2022.

Il-president tal-Assoċjazzjoni tal-Football Arġentina, Claudio Tapia, qal li Messi jistħoqqlu tislima speċjali. 

Għall-partita ġew mistiedna wkoll il-players li rebħu t-Tazza tad-Dinja fl-2022. 

Qabel din il-partita, l-Arġentina se tilgħab kontra l-Bolivja u l-Burkina Faso.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here