Monday, May 13, 2024

Draw ġust bejn Sirens u Naxxar Lions

Aqra wkoll

Sirens u Naxxar Lions temmew fi draw ġust ta’ 1-1 f’partita pjaċevoli liema riżultat seta’ mar kull naħa.

Kienu Naxxar li ħarġu fuq l-offensiva u wara disa’ minuti, xutt ta’ Pablo Augusto De Carvalho ġie mblukkat mill-goalkeeper, Andrea Cassar.

Minuta biss wara, reġa’ kien De Carvalho li mpenja lil Andrea Cassar, li reġa’ salva tajjeb.

Iżda kienu Sirens li fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta Nicholas Pulis, avvanza u xeħet cross fil-baxx lejn DEG­RAN JACKSON li minn taħt il-lasta venven xutt b’saħħtu  li  ħafirx.

Il-ftuħ tat-tieni taqsima, beda fuq nota kwieta u kien fit-68 minuta li waslet l-ew­wel azzjoni denja meta Edson Farias għal Naxxar għadda tajjeb lejn Pablo Carvalho li kellu x-xutt  tiegħu imblukkat f’corner minn Cassar.

Sirens wieġbu mill-az­zjo­ni li segwiet minuta biss wara, permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ Nixon Rocha li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper żagħżugħ ta’ Naxxar Lions, Matthias Debono, li dawwar f’corner b’mod spettakolari.

Sitt minuti mit-tmiem Naxxar Lions meritatament ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ xutt b’saħħtu tal-Ġappuniż TAKUMA YAMAGUCHI li ma ta l-ebda ċans lil Cassar isalva.

Iżda fis-87 minuta, il-Pawlini kellhom ċans tad-deheb li jiksbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta ngħataw penalty wara li  Fernando Barbosa waqqa’ lil Bismark Asare fil-kaxxa.

Iżda mill-11 il metru Ni­xon Rocha falla b’mod nkre­dibbli meta xxuttja ferm għo­li.

Prattikament din kienet l-aħħar azzjoni tal-logħba … bir-riżultat ma jikkuntenta lill-ebda team.

SIRENS: 1-Andrea Cassar, 3-Tiago Bettim Almeida, 5-Prosper Boakye, 8-Nicholas Pulis, 9-Jonathan Hinestroza (99-Nixon Rocha 63), 10-Frank Boateng (23-Asare Bismark 46), 18-Mohammed Akadom (77-Jean Borg 91), 22-Alex Cini, 26-Sacha Borg, 29-Kwasi Donsu, 31-Degran Jackson   – Coach: Steve D’Amato

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai Micallef (11-Daren Falzon 46), 5-Fernando Barbosa, 7-Mark Fenech, 8-Neil Pace Cocks, 9-Augusto De Carvalho, 10-Edson Farias Cerqueira, 15-Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamaguchi, 23-Maicon De Souza Da Silva (18-Joel Ellul 79), 33-Joao Vitor Moura Cardoso  – Coach: George Vella

REFEREE: Andrea Sciriha

ASS. REFEREES: James Muscat, David Castillo

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: D. Jackson 14 (S), T. Yamaguchi 84 (NL)

AMMONITI: F. Barbosa, J. Cardoso (NL), A. Cini, N. Rocha (S)

Sport