Wednesday, July 24, 2024

L-ewwel rebħa għal Di Maggio fl-aqwa klassi

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Il-55 laqgħa tal-istaġun li saret il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn disa’ tiġrijiet kollha tat-trott fuq distanza ta’ mil. Spikkat l-aktar tiġrija tal-klassi Premier u li ntebħet minn Di Maggio misjuq minn Andrew Farrugia.

Tnax -il żiemel ġrew fit-tiġrija tal-aqwa klassi. Di Maggio ta’ Andrew Farrugia kien l-aktar wieħed veloċi wara l-bidu uffiċjali u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Baladin Du Reynard (Noel Baldacchino) u Cupidon Du Corbon (Rodney Gatt). Iż-żiemel ta’ Farrugia żamm il-kmand sal-linja finali biex akkwista l-ewwel rebħa fi gżiritna b’tul u nofs minn Thai Eros (Nathaniel Barbara) u Cupidon du Corbon. Azur Des Caillons (Oliver Briffa) temm warajhom f’dik l-ordni.  

Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija tal-klassi Gold. Ħawnhekk, Defi Orageux (Rodney Gatt) ħa t-tieni rebħa f’Malta wara li żied fil-ġiri matul l-aħħar 500m. Dan b’tul minn Eurythmic Sisu (Kevin Sciberras), Quite E. Wood (Jean Pierre Farrugia) u Prinsen One (Mario Farrugia). 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Dennis Rose P.J. (M. Debono) Ħin – 2.04.9” (1.16.2”) 2. Dardanus (J. Carabott) 3. Doc De L’Ormerie (B. Ħili) 4. Boko Won (S. Cassar)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Ernest Des Angles (Ch. Gauci) Ħin – 2.05.2” (1.16.3”) 2. Dollar Esterel (R. Ħili) 3. Dimitrius (R. Gatt) 4. Caporal De Larre (M. Debono) 

Gabin Sellois jirbaħ it-tielet tiġrija

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Gabin Sellois (C. Camilleri) Ħin – 2.03.2” (1.15.1”) 2. Diabolo Castelets (R. Gatt) 3. Forma De Blary (J. Gafa’) 4. Dessert Compris (N. Baldacchino)  

IV Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Gabin De See (P. Galea) Ħin – 2.05.5” (1.16.5”) 2. Eole De Mahey (R. Magro) 3. Deal Des Marceaux (N. Azzopardi) 4. Divonne (S. Grixti) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 1640m. 1. Elegant Frost (P. Galea) Ħin – 2.02.4” (1.14.7”) 2. New Moon Pellini (Ch. Magro) 3. Donatello Kily (R. Cassar) 4. Folie Des Landes (J. Gafa’) 

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1.  Defi Orageux (R. Gatt) Ħin – 2.02.2” (1.14.5” 2. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) 3. Quite E. Wood (J.P. Farrugia) 4. Prinsen One (M. Farrugia) 

VII Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Fleur De Blay (P. Galea) Ħin – 2.05.8” (1.16.7”) 2. Feder De Banville (N. Baldacchino) 3. Fort De France (J. Farrugia) 4. Ipsos Dairpet (A. Magro) 

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Di Maggio (A. Farrugia) Ħin – 2.02.3” (1.14.5”) 2. Thai Eros (N. Barbara) 3. Cupidon Du Corbon (R. Gatt) 4. Azur Des Caillons (O. Briffa)

IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Cupidon De Bassard (C. Camilleri) Ħin – 2.03.7” (1.15.4”) 2. Divine De Montceau (D. Debono) 3. Conflit (T. Demanuele)  4. Erromanga (Cherise Farrugia)

Ekonomija

Sport