Wednesday, April 24, 2024

Dries Mertens mhux se jirtira għalissa

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem f’intervista ma’ sit elettroniku Tork, l-attakkant internazzjonali Belġjan Dries Mertens qal li għadu mhux qed jaħseb fil-ġurnata meta jrid idendel iż-żarbun tal-futbol darba għal dejjem.
Mertens, li għandu 37 sena, qed jilgħab ma’ Galatasaray fit-Turkija wara perjodu twil ma’ Napoli u qal li jħossu kuntent wisq ma’ dan it-tim.

Hu qal li almenu staġun wieħed se jkun qed jagħmlu bil-flokk Tork għalkemm sostna li f’moħħu għandu li jkompli ftit tas-snin oħra jilgħab il-logħba li tant iħobb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport