Monday, May 20, 2024

Dun David Torpiano jinħatar Delegat għall-Katekeżi

Aqra wkoll

L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun David Torpiano bħala Delegat għall-Katekeżi.

Dun David irċieva l-formazzjoni tiegħu għall-ħajja saċerdotali fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù, u l-formazzjoni akkademika tiegħu fil-Fakultà tat-Teoloġija, fl-Università ta’ Malta fejn kiseb Liċenzjat fit-Teoloġija Pastorali. Ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju.

Aktar tard, kiseb Liċenzjat fil-Kateketika mill-Università Pontifiċja Salesjana u
Dottorat fit-Teoloġija Fundamentali mill-Università Pontifiċja Gregorjana, it-tnejn
f’Ruma, l-Italja. Huwa serva fil-parroċċa ta’ Santa Katarina fiż-Żurrieq u fil-preżent qed jagħti s-sehem tiegħu fil-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta, u bħala Segretarju tal-Kunsill Presbiterali.

Id-Delegat għall-Katekeżi għandu l-missjoni li jikkordina u janima l-ħidma kateketika, mit-tfulija sa tul il-ħajja kollha, li ssir fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, b’mod partikolari fil-familja, fil-parroċċi u fil-komunitajiet Insara.

Sport