Tuesday, December 24, 2024

Dun Raymond Cassar se jingħata l-aħħar tislima nhar is-Sibt

Aqra wkoll

Dun Raymond Cassar, saċerdot maħbub ħafna miż-Żurrieq, se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima fil-knisja parrokjali taż-Żurrieq nhar is-Sibt, 18 ta’ Mejju fl-10:00 a.m

Intant bosta kienu dawk li sellmu l-memorja ta’ Raymond, li ddiskrivewh bħala saċerdot b’determinazzjoni u li kien persuna li jħobb lil kulħadd.

Huwa miet ilbieraħ, hekk kif għal dawn l-aħħar ġimgħat kien qiegħed l-Isptar.

Ftit tax-xhur ilu Dun Raymond kien spiċċa f’nofs kontroversja minħabba li waqt quddiesa beda “jgerger” u “jirrabja” filwaqt li nstema jgħid “Jien il-President”.

Il-filmat tiegħu kienu rawh bl-eluf fejn kien hemm min ikkritikah u daħak bih, iżda kien hemm min faħħru għax tkellem kif tkellem. Ma setax jonqos li dak li qal kien saħansitra spiċċa jindaqq fil-Karnival spontanju tan-Nadur.

Ekonomija

Sport