It-tielet rawnd tal-FIA European Drag Racing Championship ikkonkluda llejla. Nhar il-Ġimgħa, 9 ta’ Awwissu, l-eks Champion Ewropew tal-FIA Top Fuel Drag Racing u President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, Duncan Micallef, kiser ir-rekord tiegħu u waqqaf Rekord Ewropew ġdid. L-aħjar ħin personali tiegħu issa huwa ta’ 3.79 sekondi, u r-rekord Ewropew tal-veloċità issa huwa ta’ 321.4MPH.
Fit-Tierp Arena fl-Isvezja, fl-istess avveniment, is-Sibt 10 t’Awwissu, Micallef iffaċċja żewġ runs ħżiena u telfa kontra Susanne Callin tal-Isvezja l-Ħadd. Minkejja dan, Micallef assigura t-tieni post f’dan ir-rawnd u żamm l-ewwel post fil-Kampjonat Ewropew tad-Drag Racing tal-FIA b’170 punt, segwit mill-qrib minn Susanne Callin b’151 punt.