Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Dusan Vlahovic mistenni jġedded ma’ Juventus

Dusan Vlahovic mistenni jġedded ma’ Juventus

0
354

Hekk kif kollox kien jidher li kien se jħalli lil Juventus sabiex jingħaqad ma’ Chelsea, l-attakkant internazzjonali Serb Dusan Vlahovic baqa’ jilgħab fil-belt ta’ Turin.

Issa li l-plejer ma mar imkien, ix-xewqa tad-diriġenti Bianconeri hi dik li jilħqu ftehim ma’ DV9, kif inhu magħruf sabiex iġedded il-kuntratt tiegħu sas-sena 2027.

Vlahovic tilef penalty nhar il-Ħadd li għadda fil-logħba tal-kampjonat kontra Empoli għalkemm it-tim tiegħu rebaħ 2-0.