Tuesday, April 16, 2024

€312.5 miljun defiċit fil-Fond Konsolidat

Aqra wkoll

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-Gvern irreġistrat defiċit ta’ €312.5 miljun fil-Fond Konsolidat, żieda ta’ €178.3 miljun fuq il-€134.2 miljun fl-istess perjodu tal-2019.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li bejn Jannar u Marzu d-dħul rikorrenti naqas bi €88.9 miljun biex kien ta’ €925.6 miljun.

Dan kien ifisser tnaqqis ta’ 8.8% mill-€1,014.5 miljun mid-dħul reġistrat fl-istess tliet xhur tal-2019.

Sal-aħħar ta’ Marzu 2020 in-nefqa totali kienet ta’ €1,238.1 miljun, 7.8% aktar mill-ewwel kwart tal-2019.

In-nefqa rikorrenti kienet ta’ €1,035.3 miljun, żieda ta’ €42.2 miljun fuq id-€993.1 miljun li kien hemm bejn Jannar u Marzu tas-sena li għaddiet.

Iċ-ċifri juru wkoll li bejn Jannar u Marzu li għadda in-nefqa kapitali tal-Gvern kienet ta’ €157.2 miljun, żieda ta’ €51.2 miljun fuq l-istess perjodu tal-2019.

L-NSO sab ukoll li sal-aħħar ta’ Marzu li għadda d-dejn tal-Gvern kien ta’ €5,550.2 miljun jiġifieri żieda ta’ €47.8 miljun fuq Marzu 2019.

Ekonomija

Sport