Tuesday, December 24, 2024

“Ebda proċess burokratiku ma għandu jitħalla jfixkel l-investiment” – il-PM

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, sostna li prijorità ta’ gvern ġdid se tkun li titnaqqas b’mod qawwi l-burokrazija. F’laqgħa mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) l-Prim Ministru, Robert Abela saħaq li ebda proċess burokratiku m’għandu jitħalla jfixkel l-investiment.

“Se niżgura li tkun indirizzata l-burokrazija. Dan filwaqt li noħolqu iktar inċentivi biex in-negozji jinvestu iktar. Hekk noħolqu l-ġid għall-poplu Malti u Għawdxi kollu,” qal il-Prim Ministru. 

Saħaq kif fost l-oqsma li jridu jkunu indirizzata hemm dak bankarju. Fisser kif ċertu dewmien u burokrazija m’għandhomx ikunu aċċettabbli. “Se nkun qed nidħol f’din il-kwistjoni personalment. Anke jekk is-settur bankarju ma jaqax taħt ir-responsabbilta’ diretta tal-Gvern għandna l-obbligu li ma jkunx hemm sistemi inġusti li jfixklu l-investiment,” qal il-Prim Ministru. 

Il-President tal-MDA, Michael Stivala rringrazzja lill-Prim Ministru li dejjem ta każ il-proposti ta’ din l-assoċċjazzjoni. Sostna li dawn kienu proposti li ħallew il-frott u kienu pedament sod ta’ rkupru ekonomiku f’pajjiżna. Fl-istess ħin ippreżenta proposti ġodda għall-elezzjoni ta’ din is-sena.

Jakkumpanjaw lill-Prim Ministru f’din il-laqgħa kien hemm id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef, il-Ministru Aaron Farrugia u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius.

Ekonomija

Sport