Thursday, July 23, 2026
Home Sport ‘Eċċitat ħafna għaliex Valletta FC hu klabb bi storja rikka, partitarji b’passjoni li...

‘Eċċitat ħafna għaliex Valletta FC hu klabb bi storja rikka, partitarji b’passjoni li ma tarax bħalha u komunitá b’saħħitha mimlija rispett’ – Sky Chetcuti

0
43

Minn Cristian

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn etá żgħira. Minn dejjem kont miġbud lejn l-eċċitament, il-passjoni u l-kompetizzjoni li tinsab fil-logħba tal-futbol. 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Valletta FC?

Eċċitat ħafna għaliex Valletta FC hu klabb bi storja rikka, partitarji b’passjoni li ma tarax bħalha u komunitá b’saħħitha mimlija rispett. L-ambjent kompetittiv huwa preżenti bla dubju u b’hekk nemmen li nistgħu nagħmlu memorji sbieħ u nilħqu l-għanijiet li għandna u li ħaqqna.

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ma’ Floriana FC.

Kienet esperjenza li qatt ma jien se ninsa għaliex Floriana FC huwa l-klabb li għenni niżviluppa teknikament, mentalment kif ukoll bħala persuna. Nirringrazzja lil kull min għenni speċjalment il-kowċis, il-kumitat kif ukoll lil sħabi li kienu prezenti fit-tliet snin li għamilt hemm.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-futbol Malti qed javvanza u huwa ta’ livell iżda xorta jaffaċċja ostakli rigward ir-riżorsi speċjalment fil-grawnds u finanzi. Iżda madankollu, it-talent jinstab madwar Malta kollha u bl-iżvilupp kontinwu nemmen li l-futbol Malti jista’ jikseb ir-rispett li tassew ħaqqu!

U dak tar riżorsi (grawnds) fejn titharrgu u tilaghbu l loghob kompetittiv taghkom?

Il-grawnds huma waħda mill-ikbar problemi li għandna. Hawn numru ta’ grawnds ta’ kwalitá mhux ħażina iżda mhux biżżejjed.

Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?

Il-futur tiegħi fil-futbol narah bħala opportunitá biex nikber kemm fil-grawnd kif ukoll f’ħajti barra mill-grawnd. L-objettiv tiegħi huwa li bil-grazzja t’Alla, inkompli nirraprezenta lil pajjiżi mat-tim nazzjonali kif ukoll inkompli l-karriera tiegħi barra minn Malta.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Għal kull min qed jaspira biex jibni karriera ta’ suċċess fil-futbol importanti li jkun iddixiplinat, iddedikat u jkollu l-paċenzja għaliex xejn ma jiġi f’ħakka t’għajn, iżda l-iktar ħaga importanti hi li jafdaw fit-triq li Alla ppjanalhom!