Monday, September 30, 2024

Eduardo Camavinga jirkupra għal Real Madrid

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti sejjaħ lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Eduardo Camavinga waqt il-logħba li l-Merengues kellhom kontra Atletico Madrid ilbieraħ u li spiċċat fi draw ta’ 1-1. Il-plejer Franċiż weġġa’ rkopptu l-leminija qabel il-finali tas-Super Cup Ewropea kontra Atalanta u ilu minn dak iż-żmien jirkupra.

Camavinga għandu 21 sena u skorja żewġ gowls f’94 logħba ma’ Real Madrid. Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Rennes filwaqt li mat-tim nazzjonali Franċiż deher 21 darba u skorja gowl wieħed biss.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport