Sunday, April 28, 2024

El Diablo rebbieħ tal-Voomquest Enemed V2 Powerboat Championships GP3 f’Cervia

Aqra wkoll

L-aħħar jum tal-Kampjonati tal-Voomquest Enemed V2 Powerboat 2022 rat lit-timijiet igawdu mill-aħjar kundizzjonijiet tat-temp fi tmiem il-ġimgħa, li jfisser li setgħu jagħmlu 10 dawriet tal-korsa.

El Diablo, misjuq minn Clive Butler u Sammy Grima reġgħu kienu fl-aqwa forma tagħhom biex imexxu t-triq biex temmew hat trick ta’ rebħiet f’Cervia, l-Italja.

Id-dħul wild card ta’ Aaron Ciantar, Chaudron, reġgħa spiċċa fit-tieni post. Filwaqt li l-ko-sewwieq ta’ Aaron Ciantar,  Ryan Micallef, li sofra injury ħafifa nhar il-Ġimgħa, seta’ jtemm it-taħriġ filgħodu, kien is-sostitut ko-sewwieq Jurgen Camilleri li ħa postu ħdejn Ciantar wara nofsinhar.

B’mod konsistenti, Michael Xuereb u Sam Howes ta’ Interceptor Remax spiċċaw fit-tielet post. Interceptor Remax wrew tattika tajba matul tmiem il-ġimgħa u żamm wara Chaudron. Hu żamm distakk sigur bejnu u bejn Jesmond Aquilina u Christian Galea ta’ Marine Diffusion. Dan ippermetta lit-tim Interceptor Remax biex jitilgħu fuq il-podju  kuljum kif ukoll jikseb punti siewja li ppermettewhom jieħdu t-tieni post fil-klassifika ġenerali.

Kollox ma’ kollox, id-dgħajjes ipproduċew wirja tajba fejn waslu sal-limitu possibli mingħajr ma sofrew ħsarat. Dan ppermettelwhom li ma jkunx hemm waqfien matul il-kompetizzjoni.

Hekk kif ikkonkludiet l-aħħar ġurnata tat-tielet Grand Prix għall-2022, il-klassifikazzjoni ġenerali wriet li El Diablo huwa t-tim li wieħed għandu jegħleb din is-sena hekk qedin fuq quddiem b’60 punt ieħor miżjuda mal-punt totali tagħhom. L-organizzaturi ta’ Voomquest ħabbru wkoll li Team Freccia Blu, li sat-tieni Grand Prix kienu fit-tieni post tal-klassifika ġenerali, irtiraw mill-Kampjonati tad-Dinja V2.

“Dan il-weekend kienet l-opportunità perfetta biex nesibixxu l-Kampjonat Dinji V2 ‘il bogħod mill-ibħra Maltin. Għalkemm tlifna l-appoġġ tant appreżżat li l-partitarji Maltin jagħtuna meta ntellqu f’Malta, dan l-avveniment ipprovda wirja internazzjonali tant meħtieġa għal Voomquest kif ukoll lejn il-ħidma tal-espansjoni tad-ditta tagħna barra minn Malta,” irrimarka Aaron Ciantar, Fundatur ta’ Voomquest. “Personalment, kien kont eċċitat li nkun qed intellaq mat-timijiet l-oħrajn li kollha taw il-massimu tagħhom lejn il-Voomquest. . Nirringrazzja lil dawk kollha involuti talli huma parti mill-Familja Voomquest.

Ir-raba’ u l-aħħar Grand Prix tal-Kampjonati tad-Dinja tal-2022 se jsir fi tmiem il-ġimgħa tal-14 ta’ Ottubru u se jsir f’Como, Milan.

Il-Kampjonat Dinji Voomquest Enemed UIM V2 isir taħt l-awspiċi tal-korp governattiv dinji Union Internationale Motonautique (UIM) u huwa appoġġjat minn Enemed, Yachting Malta, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Chaudron Powerboats, u Virtu Ferries.

Sport