Monday, May 13, 2024

Elitlove Pasmarick bis-seba’ rebħa tas-sena fil-finali Krafft

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-Marsa saru t-53 u l-54 laqgħa tas-sena. B’kollox saru sbatax -il tiġrija tat-trott fuq jumejn fejn minn dawn spikkat l-aktar il-finali tal-kampjonat Krafft għall-klassi Silver fuq distanza qasira ta’ 2140m u li ġiet mirbuħa mill-kwotat Elitlove Pasmarick misjuq minn Paul Galea. Barra dan saru wkoll iż-żewġ semifinali tat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier u żewġ finali ta’ Condition Races għal żwiemel tal-klassi Bronze u Copper rispettivament. 

Fil-finali Krafft ġrew b’kollox tnax -il żiemel. Din il-finali kienet ikkaratterizzata minn taqtiegħa eċċitanti bejn erba’ żwiemel fi dritta finali. Kien Elitlove Pasmarick (Paul Galea) li bi ftit u wara attakk fuq in-naħħa ta’ barra li rnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Elorn (Cliferty Calleja) u Durfan (Jean Claude Pace). Defi Nay (Rodney Gatt) temm fir-raba’ post. Fi tmiem il-finali, is-Sur Sean Pete Azzopardi f’isem l-isponsors, ippremja lil Paul Galea u David Borg, is-sewwieq u s-sid rispettivament taż-żiemel rebbieħ. Ta’ min wieħed jinnota li din kienet is-sitt rebħa nfila u s-seba’ waħda tas-sena għal Elitlove Pasmarick.   

Fl-ewwel semifinali mit-Tazza tal-President kien Dreamer Boy (Julian Farrugia) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna wara li ħa l-kmand 500m mit-tmiem. Il-favorit Marcello Wibb (Paul Galea) ħa t-tielet rebħa nfila u f’Malta fit-tieni semifinali wara li żied fil-ġiri matul l-aħħar dawra. Ta’ min wieħed jinnota li r-rebbieħa tas-semifinali huma t-tnejn propjeta’ ta’ Stephen Ciangura.

Fl-ewwel finali ta’ Condition Race tal-klassi Copper li saret is-Sibt organizzata bl-għajnuna ta’ P & M Farrugia, il-kwotat Belġjan Oyess LJ (Rodney Gatt) kien il-ħin kollu quddiem u ħa t-tieni rebħa minn daqstant dehriet f’Malta. Simili kienet it-tieni finali tal-klassi Bronze bi Flash Picken (Noel Baldacchino) jieħu s-sitt rebħa tas-sena wara li ddomina tul id-distanza. 

Ir-rebbieħa kollha

Is-Sibt

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Divonne (S. Grixti) Ħin – 2.47.9” (1.18.5”) 2. Fleur De Blay (J.C. Pace) 3. Vasco Dairpet (Ch. Abela) 4. Extreme Erca (A. Magro) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Caline De Mai Capo (R. Gatt) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Geisha De Melodie (Ch. Degiorgio) 3. Foppa Sisu (C. Gerada) 4. Echo Sellois (J.C. Pace)

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Eurythmic Sisu (K. Sciberras) Ħin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Emile Du Var (Ch. Degiorgio) 3. Mojo Express (R. Gatt) 4. Andover Heaven (N. Baldacchino) 

IV Tiġrija. Finali P and M Farrugia Condition Race. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Oyess LJ (R. Gatt) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Attack Photo (D. Baldacchino) 3. Invite De Star (J. Zahra) 4. Harry De L’Ormerie (G. Gatt) 

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Dreams Happen (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Quite E Wood (J. P. Farrugia) 3. Llama Tooma (J. Vassallo) 4. Ciroco D’Auvillier (H. Mc Kay)

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Crack Money (P. Galea) Ħin – 2.36.7” (1.13.2”) 2. Carnaval Du Vivier (C. Borg) 3. Bad Julry (A. Cassar) 4. Caid Sly (L. Ghigo) 

VII Tiġrija. Finali P and M Farrugia Condition Race. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Flash Picken (N. Baldacchino) Ħin – 2.40” (1.14.8”) 2. Professor (J. Vassallo) 3. Divine De Montceau (D. Debono) 4. Half Tege (P. Spiteri)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Donnezac (R. Magro) Ħin – 2.39.2” (1.14.4”) 2. Ex Aequeo De Cosse (J. Gafa’) 3. Billie Holiday (R. Gatt) 4. Fangio Magic (N. Borg)  

Il-Ħadd

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Bonbon Bleu (M. Falzon) Ħin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Epona Du Buis (Ch. Gauci) 3. Iglesias Boshoeve (R. Gatt) 4. Cupidon De Bassard (C. Calleja)  

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Girondin (Ch. Xerri) Ħin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Gamin De Source (P. Galea) 3. Ninepoints Coolman (M. Bonnici) 4. Pure Islet (N. Baldacchino) 

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Fira (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.5” (1.16”) 2. Alinea (C. Vassallo) 3. Daraghiu Jeep (A. Cassar) 4. Fox Trot Maybe (M. Debono) 

IV Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Diamant Nonantais (N. Baldacchino) Ħin – 2.43.4” (1.16.3”) 2. Folie Des Landes (J. Gafa’) 3. New Moon Pellini (Ch. Magro) 4. Atus Picken D. Xerri) 

V Tiġrija. Semifinali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Dreamer Boy (J. Farrugia) Ħin – 2.39” (1.14.3”) 2. Infinite Knight (Cherise Farrugia) 3. Akela Play (C. Vassallo) 4. Charming Soldier (P. Galea) 5. Dunbar (R. Magro)  6. Ellington Dream (N. Baldacchino) 

VI Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Let It Be Me Tooma (R. Gatt) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Atoll Du Sud Ouest (J. Gafa’) 3. Flash Du Condroz (J. Cutajar) 4. Good Buz (K. Galea)  

VII Tiġrija. Finali Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Elitlove Pasmarick (P. Galea) Ħin – 2.40.2” (1.14.9”) 2. Elorn (C. Calleja) 3. Durfan (J.C. Pace) 4. Defi Nay (R. Gatt)

VIII Tiġrija.Semifinali EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Marcello Wibb (P. Galea) Ħin – 2.38.8” (1.14.2”) 2. Espoir d’Elphigny (J. Gafa’) 3. Cepage Des Ulmes (C. Vassallo) 4. Eldorado De Ver (N. Baldacchino) 5. Diablo d’Herfraie (R. Gatt) 6. Gigant Well (D. Gatt)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Diamant Du Ruel (J. Gafa’) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Diabolo Castelets (R. Gatt) 3. Fusee De Baune (R. Magro) 4. Easy De Trouville (G. Grech)

Sport