Wednesday, May 15, 2024

It-team neo-promoss ta’ Paola Executive Security jieħu l-ewwel rebħa kontra Falcons

Aqra wkoll

Meta l-Ħadd fil-kumpless sportiv tal-Kottonera tkompla l-kampjonat Super League spikkat ir-rebħa tat-team neopromoss ta’ Paola Executive Security fuq Falcons. It-team Pawlist immexxi minn Mark Ħili ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 3-0.

F’partita oħra, iċ-champions Swieqi Phoenix NIUM komplew bil-mixja pożittiva tagħhom meta għilbu lil Birkirkara bl-iskor identiku ta’ 3-0. B’hekk huma saħħew posthom f’ras il-klassifika.

Ir-riżultati kollha ta’ tmiem il-ġimgħa kienu –

U 15 : Swieqi Phoenix Volley Maniacs vs Flyers 0-3
Swq Phoenix Young Stars vs Paola Maypole 3–0
Depiro vs Swieqi Phoenix Ninjas 3-1
BKVC Blazers vs BKVC Dynamites 0-3

U 17 : Swieqi Phoenix Challengers vs Depiro 0-3

L-Ewwel Diviżjoni : Mgarr Volley vs BKVC Yellows 3-0
Swieqi Phoenix EY vs Depiro 3-1

Super League : Swieqi Phoenix NIUM vs Birkirkara VC 3-0
Falcons vs Paola Executive Security 0-3

Sport