Sunday, December 22, 2024

Eluf kbar jipprotestaw fil-Venezuela minħabba r-riżultat tal-elezzjoni

Aqra wkoll

Eluf kbar ta’ dimostranti ħarġu jipprotestaw madwar il-Venezuela kollha biex juru r-rabja tagħhom dwar l-aħħar elezzjonijiet li saru. Dawn il-protesti qegħdin ikunu organizzati mill-Oppożizzjoni li mhux qiegħda taċċetta r-riżultat.

María Corina Machad, il-mexxejja tal-Oppożizzjoni li wkoll ħarġet tipprotesta fil-kapitali Caracas ħeġġet lill-poplu biex ma jieqafx jipprotesta u ma jibżax mill-forzi tal-Gvern.

Sa ftit tal-ġranet ilu l-President kienet tinsab f’moħba miħabba biża’ li tinqatel, iżda lbieraħ qalet li r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali kien wieħed ġust fejn il-poplu tkellem u l-vuċi tal-poplu għandu jiġi rispettat.

Min-naħa tagħha l-mexxej tal-Oppożizzjoni qalet li “aħna mhux se nitilqu minn hawn.”

Il-problemi fil-pajjiż bdew wara li l-President qalet li kienet rebħet it-tielet terminu tagħha biex b’hekk tmexxi lill-pajjiż għas-6 snin li ġejjin, iżda min-naħa l-oħra l-Oppożizzjoni qalet li l-kandidat tagħha Edmundo Gonzalez kien rebaħ dawn l-elezzjonijiet b’maġġoranza kbira.

Ekonomija

Sport