Wednesday, April 24, 2024

Eluf ta’ Indjani jirrikorru “għall-ħasla qaddisa” minkejja l-Covid-19

Aqra wkoll

Mijiet ta’ eluf ta’ devoti Ħindu nġabru qrib ix-xmara Ganges ġewwa l-Indja “għall-ħasla qaddisa” li ssir ta’ kull sena fil-festa ta’ Makarsankranti. Id-devoti jemmnu li matul din il-festa l-ilma tax-xmara jeħilsek mid-dnubiet kollha tiegħek. 

Din il-festa popolari qiegħda ssir minkejja ż-żieda sostanzjali fil-każijiet ġodda ta’ Covid-19 ġewwa dan il-pajjiż, li fl-aħħar xhar żdiedu bi 30 darba.

Il-maġġoranza tad-devoti nġabru fil-parti tax-xmara li tgħaddi mill-istat tal-Punent ta’ Bengal, fejn inċidentalment qiegħed ikun hemm uħud l-ikbar numri ta’ każijiet irrapportati. Fortunatament jidher li l-infezz­jonijiet tal-varjant Omicron mhux qed iwasslu biex ħafna persuni jkollhom jiddaħħlu l-isptar. Ħafna minn dawk infettati qed jirkupraw ġewwa djarhom.

Is-sena li għaddiet din il-festa kbira reliġjuża kienet wasslet għal żieda qawwija ta’ infezzjonijiet ġewwa l-Indja fejn għexieren ta’ persuni tilfu ħajjithom u s-sistemi tas-saħħa kkollassaw. Minn kemm ilha li bdiet il-pandemija, l-Indja kellha 36.58 miljun każ ta’ infezzjoni.

Sport